EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0646

Kawża T-646/17: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2017 – Addition et vs SRB

ĠU C 392, 20.11.2017, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/37


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2017 – Addition et vs SRB

(Kawża T-646/17)

(2017/C 392/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Addition Sicav, SA (Madrid, Spanja), Allocation Sicav, SA (Madrid), Fundación Rafael de Pinto (Madrid), Chart Inversiones Sicav, SA (Madrid) u Match Ten Inversiones Sicav, SA (Madrid) (rappreżentanti: M. Romero Rey u I. Salama Salama, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni JUR/EES/2017/08, li permezz tagħha ġie deċiż li tiġi adottata riżoluzzjoni dwar Banco Popular Español, SA, fuq il-bażi tal-Artikolu 263 TFUE

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni jikkumpensa lir-rikorrenti kumpens għad-danni subiti, f’ammont ugwali għall-valur nominali tal-bonds, aġġornat fid-data tar-riżoluzzjoni, flimkien mal-interessi moratorji minn dik id-data sal-mument li fih jiġi effettwat dan ir-rimbors, skont it-tieni paragrafu tal-Artikoli 340 TFUE u l-Artikolu 41(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż tal-kawża, skont l-Artikoli 133 u 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


Top