This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TN0570
Case T-570/17: Action brought on 17 August 2017 — Algebris (UK) and Others v Commission
Kawża T-570/17: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2017 – Algebris (UK) et vs Il-Kummissjoni
Kawża T-570/17: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2017 – Algebris (UK) et vs Il-Kummissjoni
ĠU C 392, 20.11.2017, p. 32–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 392/32 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2017 – Algebris (UK) et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-570/17)
(2017/C 392/42)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Algebris (UK) Ltd (Londra, ir-Renju Unit), Anchorage Capital Group LLC (New York, New York, l-Istati Uniti), Ronit Capital LLP (Londra) (rappreżentanti: T. Soames, lawyer, R. East, Solicitor, N. Chesaites, Barrister, u J. Vandenbussche, lawyer)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1246, tas-7 ta’ Ġunju 2017, li tapprova l-iskema ta’ riżoluzzjoni adottata mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni permezz tad-deċiżjoni SRB/EES/2017/08 tas-7 ta’ Ġunju 2017 għall-Banco Popular Español S.A. (1) kollha kemm hija, jew, sussidjarjament, l-Artikolu 1 ta’ din; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegat nuqqas ta’ konformità mill-Kummissjoni mal-obbligu legali tagħha li tevalwa kif xieraq, jew għal kollox, l-aspetti diskrezzjonali tal-iskema ta’ riżoluzzjoni. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegat nuqqas ta’ raġunijiet suffiċjenti mill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tad-deċiżjoni kkontestata tagħha. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegat ksur mill-Kummissjoni Ewropea tal-prinċipji ta’ kunfidenzjalità u ta’ segretezza professjonali, kuntrarjament għall-Artikolu 339 TFUE u għall-Artikolu 88(1) tal-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 (2) u għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, u b’dan il-mod, dan naqas milli jirrispetta d-dritt tar-rikorrenti għal amministrazzjoni tajba stabbilit fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegati żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea fl-applikazzjoni tal-Artikoli 14, 18, 20, 21, 22 u 24 tar-Regolament Nru 806/2014.
|
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tad-dritt għall-proprjetà tar-rikorrenti, hekk kif stabbilit fl-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, mill-iskema ta’ riżoluzzjoni hekk kif approvata mid-deċiżjoni kkontestata. |
6. |
Is-sitt motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tad-dritt għal smigħ tar-rikorrenti, hekk kif stabbilit fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, minħabba li l-iskema ta’ riżoluzzjoni ġiet adottata u approvata mill-Kummissjoni Ewropea. |
(1) Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1246, tas-7 ta’ Ġunju 2017, li tapprova l-iskema ta’ riżoluzzjoni għall-Banco Popular Español S.A. (notifikata bid-dokument C(2017) 4038) (ĠU 2017, L 178, p. 15).
(2) Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Lulju 2014, li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010.