Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0145

    Kawża T-145/17: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Marzu 2017 – Kanyama vs Il-Kunsill

    ĠU C 129, 24.4.2017, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.4.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 129/33


    Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Marzu 2017 – Kanyama vs Il-Kunsill

    (Kawża T-145/17)

    (2017/C 129/51)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Célestin Kanyama (Gombe, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentant: O. Okito, avukat)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    tittieħed deċiżjoni fuq l-annullament tar-Regolament (UE) 2016/2230 li jimplementa d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2231 tat-12 ta’ Diċembru 2016 li timponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, u li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK, sa fejn tikkonċerna Célestin Kanyama;

    tikkundanna lill-Kunsill li jsostni, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk tar-rikorrent kif ukoll tal-intervenjenti kollha.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi li huma sostanzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-139/17, Kibelisa vs Il-Kunsill.


    Top