EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0128

Kawża T-128/17: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2017 – Torné vs Il-Kummissjoni

ĠU C 129, 24.4.2017, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/27


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2017 – Torné vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-128/17)

(2017/C 129/41)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Isabel Torné (Algés, il-Portugall) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Tiddikjara u tiddeċiedi,

id-deċiżjoni ta’ ċaħda, tas-16 ta’ April 2016, tat-talba tagħha li tiffissa r-rata ta’ akkwist tad-drittijiet tagħha għall-pensjoni u l-età tal-irtirar tagħha, hija annullata.

il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti f’din it-tilwima tikkontesta d-deċiżjoni ta’ ċaħda impliċita tat-talba tagħha għall-ksib ta’ deċiżjoni antiċipata dwar ċerti elementi determinati u invarjabbli tal-kalkolu tad-drittijiet tagħha għall-pensjoni. L-imsemmija parti tqis li ċ-ċaħda impliċita tat-talba tagħha tikkostitwixxi astensjoni li tiġi adottata miżura preskritta mir-Regolamenti tal-Persunal u hija, għaldaqstant, att li jikkawża preġudizzju skont l-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Rigward l-elementi tal-kalkolu tal-pensjoni tagħha, ir-rikorrenti tikkontesta wkoll il-prattika tal-Kummissjoni li tikkonsisti f’li tqis li t-trasferiment ta’ membru tal-persunal temporanju li jaqa’ taħt l-Artikolu 2(f) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg lejn aġenzija oħra tal-Unjoni Ewropea jinvolvi l-konklużjoni ta’ kuntratt ġdid, distint minn dak preċedenti, li juri d-diskontinwità tal-karriera ta’ dan il-membru tal-persunal u jinvolvi b’hekk l-applikazzjoni ta’ Regoli tal-Persunal ġodda dwar il-pensjoni tal-irtirar.


Top