Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0610

Kawża C-610/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Työtuomioistuin (il-Finlandja) fl-24 ta’ Ottubru 2017 – Auto- ja Kuljetusalan Työntekijäliitto AKT ry vs Satamaoperaattorit ry

ĠU C 13, 15.1.2018, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Työtuomioistuin (il-Finlandja) fl-24 ta’ Ottubru 2017 – Auto- ja Kuljetusalan Työntekijäliitto AKT ry vs Satamaoperaattorit ry

(Kawża C-610/17)

(2018/C 013/10)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Työtuomioistuin (il-Finlandja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Auto- ja Kuljetusalan Työntekijäliitto AKT ry

Konvenut: Satamaoperaattorit ry

Parti oħra: Kemi Shipping Oy

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (1) jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali fi ftehim kollettiv jew l-interpretazzjoni tagħha, skont liema impjegat, li l-inkapaċità tiegħu għax-xogħol minħabba mard tibda matul il-leave annwali tiegħu jew matul parti minnu, ma jkollux dritt, minkejja t-talba tiegħu, jittrasferixxi l-ewwel sitt ijiem tal-perijodu ta’ inkapaċità għax-xogħol li jaqgħu fil-leave annwali, jekk dawn il-ġranet ta’ assenza minħabba mard ma jnaqqsux id-dritt tal-impjegat għal erba’ ġimgħat leave annwali?

2)

L-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu effetti legali diretti f’relazzjoni ta’ xogħol bejn persuni privati, jiġifieri effett legali orizzontali dirett?

3)

L-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipproteġi l-leave akkwistat, sa fejn it-tul ta’ żmien tal-leave jaqbeż il-leave annwali minimu ta’ erba’ ġimgħat previst fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva dwar il-ħin tax-xogħol, u din id-dispożizzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tipprekludi dispożizzjoni nazzjonali fi ftehim kollettiv jew l-interpretazzjoni tagħha, skont liema impjegat, li l-inkapaċità tiegħu għax-xogħol minħabba mard tibda matul il-leave annwali tiegħu jew matul parti minnu, ma jkollux dritt, minkejja t-talba tiegħu, jittrasferixxi l-ewwel sitt ijiem tal-perijodu ta’ inkapaċità għax-xogħol li jaqgħu fil-leave annwali, jekk dawn il-ġranet ta’ assenza minħabba mard ma jnaqqsux id-dritt tal-impjegat għal erba’ ġimgħat leave annwali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.


Top