Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0664

    Kawża T-664/16: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2016 – PJ vs EUIPO – Erdmann & Rossi (Erdmann & Rossi)

    ĠU C 70, 6.3.2017, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.3.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 70/22


    Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2016 – PJ vs EUIPO – Erdmann & Rossi (Erdmann & Rossi)

    (Kawża T-664/16)

    (2017/C 070/31)

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: PJ (rappreżentant: B. Schürmann, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Erdmann & Rossi GmbH (Berlin, il-Ġermanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Erdmann & Rossi” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 10 310 481

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Lulju 2016 fil-Każ R 1670/2015-4

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż ta’ din il-kawża u tal-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità quddiem il-Bord tal-Appell u quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikoli 52, 56, 63, 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009;

    Ksur tar-Regoli 50, 55 u 94 tar-Regolament Nru 2868/95;

    Ksur tal-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 216/96;

    Ksur tal-Artikolu 6 tal-KEDB;

    Ksur tal-Artikoli 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.


    Top