Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0359

    Kawża T-359/16: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2016 – Axel Springer vs EUIPO – Stiftung Warentest (TestBild)

    ĠU C 296, 16.8.2016, p. 42–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.8.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 296/42


    Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2016 – Axel Springer vs EUIPO – Stiftung Warentest (TestBild)

    (Kawża T-359/16)

    (2016/C 296/53)

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Axel Springer SE (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Hamacher u G. Müllejans, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Stiftung Warentest (Berlin, il-Ġermanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “Testbild” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4 555 579

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Mejju 2016 fil-Każ R 555/2015-4

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top