EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0307

Kawża T-307/16: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2016 – CEE Bankwatch Network vs Il-Kummissjoni

ĠU C 305, 22.8.2016, p. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/39


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2016 – CEE Bankwatch Network vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-307/16)

(2016/C 305/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CEE Bankwatch Network (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: C. Kiss, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara n-nullità tad-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni tal-15 ta’ April 2016, bir-referenza Ref. GestDem Nru 2015/5866; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-applikabbiltà tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 (1) għad-dokumenti Euratom:

it-terminu “Trattat” ma għandux jinftiehem b’mod differenti skont il-kuntest ta’ kull att leġiżlattiv tal-Unjoni, iżda għandu jkollu tifsira uniformi.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-illegalità tad-deċiżjoni kkontestata:

l-aċċess għad-dokumenti mitluba ma jipperikolax l-interess tas-sigurtà nukleari peress li t-talba għal informazzjoni ma affettwatx kwistjonijiet ta’ sigurtà nukleari;

il-konvenuta wettqet ksur serju tal-obbligu tagħha li jirriżulta mir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (2) kif ukoll mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar in-neċessità li jingħataw raġunijiet speċifiċi għan-nuqqas ta’ żvelar.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-fatt li r-riferiment mill-konvenuta għall-protezzjoni tal-interessi kummerċjali huwa żbaljat u jonqos milli jispeċifika l-kunsiderazzjonijiet ġenerali li fuqhom hija tibbaża l-preżunzjoni li tgħid li l-iżvelar tad-dokumenti mitluba jkun jikkomprometti l-interessi kummerċjali:

l-informazzjoni li r-rikorrenti tirrifjuta li tikkomunika minħabba li tikkomprometti l-interessi kummerċjali ma tissodisfax il-kriterji ta’ informazzjoni kummerċjali u l-anzjanità tagħha ma hijiex meħuda inkunsiderazzjoni mill-konvenuta waqt id-deċiżjoni dwar it-talba konfermatorja;

hemm interess pubbliku superjuri għall-iżvelar tad-data mitluba sa fejn l-interess pubbliku jinsab fl-iżvelar ta’ informazzjoni nukleari.


(1)  Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas- 6 ta’ Settembru 2006, dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13)

(2)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331)


Top