EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0260

Kawża T-260/16: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2016 – Ir-Renju tal-Isvezja vs Il-Kummissjoni Ewropea

ĠU C 305, 22.8.2016, p. 38–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/38


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2016 – Ir-Renju tal-Isvezja vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-260/16)

(2016/C 305/53)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk, N. Otte Widgren, C. Meyer-Seitz, U. Persson u L. Swedenborg)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

l-ewwel nett, tiddikjara d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/417, tas-17 ta’ Marzu 2016 (id-deċiżjoni kkontestata) invalida sa fejn tipprovdi li korrezzjonijiet finanzjarji għandhom isiru b’rata fissa ta’ 2 perċentwali ekwivalenti għal EUR 8 811 286,44 f’għajnuna diretta diżakkoppjata mħallsa lill-Isvezja għas-sena ta’ dikjarazzjoni 2013 skont Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003, u

sussidjarament, tannulla u tvarja d-deċiżjoni kkontestata biex tnaqqas l-ammont imsemmi hawn fuq għal EUR 1 022 259,46;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent jsostni li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Diċembru 2013, dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 u l-Artikolu 11(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006, tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-ħlas u ta’ korpijiet oħrajn u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR, billi, fil-komunikazzjoni li għandha tintbagħat lill-Istat Membru skont dawk id-dispożizzjonijiet, la tispeċifika l-ksur allegat li għalih huwa responsabbli r-rikorrent f’din il-konnessjoni lanqas tgħid liema miżuri korrettivi għandhom jittieħdu biex jiżguraw li r-regoli xierqa tal-UE jiġu segwiti fil-futur. Għalhekk, wieħed ma jistax jibbaża ruħu fuq il-kommunikazzjoni biex jiġġustifika l-impożizzjoni tar-rata fissa kkontestata tal-korrezzjonijiet finanzjarji fuq l-Isvezja.

Ir-rikorrent jsostni li l-Kummissjoni bbażat id-deċiżjoni kkontestata fuq konklużjonijiet żbaljati dwar id-differenzi bejn in-numru ta’ żbalji li nstabu fl-użu ta’ verifiki permezz ta’ telerilevament u n-numru ta’ żbalji li nstabu fl-użu ta’ verifiki permezz tal-ispezzjonijiet klassiċi fuq il-post. Skont ir-rikorrent il-Kummissjoni ma kinitx f’pożizzjoni turi jew f’hiex jikkonsisti l-ksur allegat jew kif setgħu wasslu għal riskju ta’ telf għall-FEAG. Ir-rikorrent jargumenta li l-Isvezja għażlet il-verifiki u essenzjalment l-analiżi tar-riskju pprovdut mill-Artikolu 31 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009, ta’ 30 ta’ Novembru 2009, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid u, għalhekk l-Isvezja ma esponietx lill-FEAG għar-riskji li tallega l-Kummissjoni. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni fuq rata fissa ta’ korrezzjoni ta’ 2 perċentwali għalhekk, skont ir-rikorrent, imur kontra l-Artikolu 31 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni u l-Artikolu 52 tar-Regolament Nru 130/2013.

Jekk il-Qorti Ġenerali tikkonkludi li l-analiżi tar-riskju ma kinitx effettiva skont l-Artikolu 31(2) tar-Regolament Nru 1122/2009, ir-rikorrent jargumenta sussidjarament li ma kienx hemm raġunijiet għall-Kummissjoni li tapplika korrezzjoni ta’ rata fissa ta’ 2 perċentwali. La l-kobor tal-ksur allegat, fid-dawl tan-natura u l-firxa tiegħu, u lanqas it-telf finanzjarju li l-ksur seta’ jikkawża għall-UE jistgħu jiġġustifikaw l-ammont ta’ EUR 8 811 286,44 li tnaqqas mill-finanzjar tal-UE mid-deċiżjoni kkontestata. Ir-rikorrent jargumenta li, bid-diliġenza dovuta, huwa possibbli li jiġi stabbilit l-ammont ekwivalenti għar-riskju li l-ksur seta’ ħoloq. L-użu tal-korrezzjoni b’rata fissa inkwistjoni għalhekk imur kontra l-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 1306/2013 u kontra l-Linji Gwida tal-Kummissjoni għall-kalkolu tal-konsegwenzi finanzjarji fil-preparament tad-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-Garanzija tal-FAEGG (Dokument Nru VI/5330/97) [traduzzjoni mhxu uffiċjali] u l-prinċipju tal-proporzjonalità. Skont ir-rikorrent, l-ammont li jirriżulta mill-korrezzjoni ta’ rata fissa għandu jitnaqqas.


Top