This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TA0729
Case T-729/16: Judgment of the General Court of 25 October 2018 — PO and Others v EEAS (Civil Service – EEAS – Remuneration – Officials posted to the Beijing delegation – Family allowance – Education allowance for the school year 2015/2016 – Second sentence of Article 15 of Annex X to the Staff Regulations – Exceedance of the statutory ceiling for third countries – Decision to cap the reimbursement of education costs in exceptional circumstances – General Implementing Provisions)
Kawża T-729/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2018 – PO et vs SEAE (“Servizz pubbliku – SEAE – Remunerazzjoni – Uffiċjali assenjati fid-delegazzjoni ta’ Peking – Allowances tal-familja – Allowance tal-edukazzjoni għas-sena 2015/2016 – It-tieni sentenza tal-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal – Qabża tal-limitu massimu stabbilit mir-Regolamenti tal-Persunal għall-pajjiżi terzi – Deċiżjoni li jiġi llimitat ir-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi f’każijiet eċċezzjonali – DĠI”)

ĠU C 4, 7.1.2019, p. 24–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 4/24 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2018 – PO et vs SEAE
(Kawża T-729/16) (1)
(“Servizz pubbliku - SEAE - Remunerazzjoni - Uffiċjali assenjati fid-delegazzjoni ta’ Peking - Allowances tal-familja - Allowance tal-edukazzjoni għas-sena 2015/2016 - It-tieni sentenza tal-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal - Qabża tal-limitu massimu stabbilit mir-Regolamenti tal-Persunal għall-pajjiżi terzi - Deċiżjoni li jiġi llimitat ir-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi f’każijiet eċċezzjonali - DĠI”)
(2019/C 4/32)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: PO, PP, PQ u PR (rappreżentanti: inizjalment N. de Montigny u J.-N. Louis, sussegwentement N. de Montigny, avukati)
Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt u R. Spac, aġenti, assistiti minn M. Troncoso Ferrer, F.-M. Hislaire u S. Moya Izquierdo, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet tas-SEAE li ma jirrimborsax lir-rikorrenti għas-sena skolastika 2015/2016 l-ispejjeż skolastiċi li jaqbżu l-ammont li jikkorrispondi mal-limitu massimu stabbilit mir-Regolamenti tal-Persunal għall-pajjiżi terzi (sitt darbiet il-limitu massimu bażiku), miżjud bi EUR 10 000 (total ta’ EUR 27 788,40).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
PO, PP, PQ u PR huma kkundannati sabiex ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE). |