Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0477

    Kawża T-477/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2018 – Epsilon International vs Il-Kummissjoni (“Klawżola ta’ arbitraġġ — Kuntratti konklużi fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas għall-Attivitajiet ta’ Riċerka, ta’ Żvilupp Teknoloġiku u ta’ Dimostrazzjoni (2007-2013) — Interess ġuridiku — Spejjeż eliġibbli — Sospensjoni tal-ħlas — Talba għal annullament — Deċiżjoni li r-rikorrenti titniżżel fid-database ċentrali tas-Sistema ta’ Individwazzjoni u ta’ Esklużjoni Bikrija (EDES) — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà”)

    ĠU C 445, 10.12.2018, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.12.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 445/15


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2018 – Epsilon International vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-477/16) (1)

    ((“Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratti konklużi fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas għall-Attivitajiet ta’ Riċerka, ta’ Żvilupp Teknoloġiku u ta’ Dimostrazzjoni (2007-2013) - Interess ġuridiku - Spejjeż eliġibbli - Sospensjoni tal-ħlas - Talba għal annullament - Deċiżjoni li r-rikorrenti titniżżel fid-database ċentrali tas-Sistema ta’ Individwazzjoni u ta’ Esklużjoni Bikrija (EDES) - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”))

    (2018/C 445/19)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Epsilon International SA (Marousi, il-Greċja) (rappreżentanti: D. Bogaert u A. Guillerme, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Estrada de Solà, A Katsimerou u A. Kyratsou, aġenti)

    Suġġett

    Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat, fl-ewwel lok, li s-somom imħallsa mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-ftehimiet ta’ sussidju Briseide, i-SCOPE u Smart-Islands jikkostitwixxu spejjeż eliġibbli, it-tieni nett li d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li tissosspendi l-ħlas għall-proġetti i-Locate, eENV-Plus, GeoSmartCity u c-Space huma infondati u, it-tielet nett, li l-aġir illegali tal-Kummissjoni kkawża preġudizzju lir-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, talba bbażata, l-ewwel nett, fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares(2016) 2835215, tas-17 ta’ Ġunju 2016, li tirreġistra lil Epsilon fid-database tas-Sistema ta’ Individwazzjoni u ta’ Esklużjoni Bikrija (EDES) u, it-tieni nett, fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex tikseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbet wara dan l-att.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Epsilon International SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 402, 31.10.2016.


    Top