Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0139

    Kawża T-139/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 6 ta’ Ottubru 2017 – SDSR vs EUIPO – Berghaus (BERG OUTDOOR) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea — Trade mark figurattiva BERG OUTDOOR — Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea BERGHAUS — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh bejn is-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”]

    ĠU C 392, 20.11.2017, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.11.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 392/21


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali 6 ta’ Ottubru 2017 – SDSR vs EUIPO – Berghaus (BERG OUTDOOR)

    (Kawża T-139/16) (1)

    ([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva BERG OUTDOOR - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea BERGHAUS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”])

    (2017/C 392/26)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Sports Division SR, SA (SDSR) (Matosinhos, il-Portugall) (rappreżentanti: A. Sebastião u J. Pimenta, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Berghaus Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Ashby, A. Carboni u J. Colbourn, solicitors)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-21 ta’ Jannar 2016 (Każ R 153/2015-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Berghaus u SDSR.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Sports Division SR, SA (SDSR) għandha tbati l-ispejjeż tagħha, dawn sostnuti mill-EUIPO u mill-intervenjenti.


    (1)  ĠU C 175, 17.5.2016.


    Top