Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0023

    Kawża T-23/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2017 – Biernacka-Hoba vs EUIPO – Formata Bogusław Hoba (Formata) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Formata — Raġuni assoluta għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Assenza ta’ mala fide — Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Raġuni relattiva għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 53(1)(a) u Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament Nru 207/2009”]

    ĠU C 129, 24.4.2017, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.4.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 129/18


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2017 – Biernacka-Hoba vs EUIPO – Formata Bogusław Hoba (Formata)

    (Kawża T-23/16) (1)

    ([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Formata - Raġuni assoluta għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Assenza ta’ mala fide - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Raġuni relattiva għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 53(1)(a) u Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament Nru 207/2009”])

    (2017/C 129/30)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Partijiet

    Rikorrenti: Ilona Biernacka-Hoba (Aleksandrów Łódzki, il-Polonja) (rappreżentant: R. Rumpel, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u K. Zajfert, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Formata Bogusław Hoba (Aleksandrów Łódzki)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-4 ta’ Novembru 2015 (Każ R 102/2015-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Ilona Biernacka-Hoba u Formata Bogusław Hoba.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tal-4 ta’ Novembru 2015 (Każ R 102/2015-2) hija annullata, sa fejn il-Bord tal-Appell ċaħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bbażata fuq ir-raġuni relattiva ta’ invalidità.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs dawk sostnuti minn Ilona Biernacka-Hoba.

    4)

    Ilona Biernacka-Hoba għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 111, 29.3.2016.


    Top