Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0008

    Kawża T-8/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Toshiba Samsung Storage Technology u Toshiba Samsung Storage Technology Korea vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tad-disk drives ottiċi — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Ftehimiet kollużorji li jirrigwardaw sejħiet għal offerti organizzati minn żewġ manifatturi ta’ kompjuters — Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali u tad-drittijiet tad-difiża — Kompetenza tal-Kummissjoni — Portata ġeografika tal-ksur — Ksur uniku u kontinwu — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Linji Gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-ammont tal-multi”)

    ĠU C 328, 30.9.2019, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.9.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 328/38


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Toshiba Samsung Storage Technology u Toshiba Samsung Storage Technology Korea vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-8/16) (1)

    (“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tad-disk drives ottiċi - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Ftehimiet kollużorji li jirrigwardaw sejħiet għal offerti organizzati minn żewġ manifatturi ta’ kompjuters - Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali u tad-drittijiet tad-difiża - Kompetenza tal-Kummissjoni - Portata ġeografika tal-ksur - Ksur uniku u kontinwu - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Linji Gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-ammont tal-multi”)

    (2019/C 328/40)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Toshiba Samsung Storage Technology Corp. (Tokjo, il-Ġappun) u Toshiba Samsung Storage Technology Korea Corp. (Suwon-si, il-Korea t’Isfel) (rappreżentanti: inizjalment M. Bay, J. Ruiz Calzado, A. Aresu u A. Scordamaglia-Tousis, sussegwentement M. Bay, J. Ruiz Calzado u A. Aresu, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment N. Khan, A. Biolan u M. Farley, sussegwentement A. Biolan, M. Farley u A. Cleenewerck de Crayencour, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament totali jew parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 7135 finali tal-21 ta’ Ottubru 2015 dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39639 — Disk drives ottiċi), u, sussidjarjament għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti,

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Toshiba Samsung Storage Technology Corp. u Toshiba Samsung Storage Technology Korea Corp. għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 98, 14.3.2016.


    Top