Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0295

    Kawża C-295/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo n° 4 de Murcia (Spanja) fil-25 ta’ Mejju 2016 – Europamur Alimentacíon S.A. vs Dirección General de Consumo, Comercio y Artesanía de la Comunidad Autónoma de la Región de Murcia

    ĠU C 305, 22.8.2016, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.8.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 305/15


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo no 4 de Murcia (Spanja) fil-25 ta’ Mejju 2016 – Europamur Alimentacíon S.A. vs Dirección General de Consumo, Comercio y Artesanía de la Comunidad Autónoma de la Región de Murcia

    (Kawża C-295/16)

    (2016/C 305/21)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Juzgado Contencioso-Administrativo no 4 de Murcia

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Europamur Alimentacíon S.A.

    Konvenut: Dirección General de Consumo, Comercio y Artesanía de la Comunidad Autónoma de la Región de Murcia

    Domandi preliminari

    1)

    Id-Direttiva 2005/29/KE (1) dwar prattiċi kummerċjali żleali għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 14 tal-Liġi 7/1996, tal-15 ta’ Jannar 1996, li tirregola l-kummerċ bl-imnut, li hija ta’ natura iktar stretta mid-direttiva inkwistjoni meta tipprojbixxi l-bejgħ b’telf, inkluż lill-grossisti, sa fejn tqis din il-prattika bħala ksur amministrattiv u tissanzjonaha konsegwentement fid-dawl tal-fatt li l-liġi Spanjola hija intiża, minbarra li tirregola s-suq, li tipproteġġi l-interessi tal-konsumaturi?

    2)

    Id-Direttiva 2005/29/KE għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi l-imsemmi Artikolu 14 tal-Liġi 7/1996, tal-15 ta’ Jannar 1996, li tirregola l-kummerċ bl-imnut, anki jekk id-dispożizzjoni nazzjonali tippermetti l-esklużjoni mill-projbizzjoni ġenerali l-bejgħ b’telf jekk (i) l-awtur tal-ksur jipprova li l-bejgħ b’telf kellu bħala għan li jaġġusta l-prezzijiet tiegħu għal dawk ta’ kompetitur jew ta’ diversi kompetituri li jistgħu jaffettwa/w b’mod sinjifikattiv il-bejgħ tiegħu jew (ii) il-prodotti kkonċernati huma oġġetti li jmorru malajr li d-data ta’ skadenza tagħhom tkun fil-qrib?


    (1)  Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, p. 22).


    Top