Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0060

    Kawża C-60/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammarrätten i Stockholm – Migrationsöverdomstolen (l-Isvezja) fit-3 ta’ Frar 2016 – Mohammad Khir Amayry vs Migrationsverket

    ĠU C 111, 29.3.2016, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.3.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 111/16


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammarrätten i Stockholm – Migrationsöverdomstolen (l-Isvezja) fit-3 ta’ Frar 2016 – Mohammad Khir Amayry vs Migrationsverket

    (Kawża C-60/16)

    (2016/C 111/19)

    Lingwa tal-kawża:l-Isvediż

    Qorti tar-rinviju

    Kammarrätten i Stockholm – Migrationsöverdomstolen

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Mohammad Khir Amayry

    Konvenut: Migrationsverket

    Domandi preliminari

    1)

    Meta l-applikant għall-ażil ma nżammx f’detenzjoni fil-mument meta l-Istat Membru responsabbli jaċċetta li jieħdu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, iżda nżamm f’detenzjoni sussegwentement – għaliex huwa biss f’dak iż-żmien li jitqies li jeżisti riskju sinjifikattiv li l-persuna kkonċernata taħrab –, it-terminu ta’ sitt ġimgħat previst fl-Artikolu 28(3) tar-Regolament Nru 604/2013 (1) għandu jiġi kkalkolat mid-data li fiha l-persuna nżammet f’detenzjoni jew minn data oħra u, jekk dan ikun il-każ, liema data?

    2)

    Meta l-applikant għall-ażil ma jkunx f’detenzjoni fil-mument meta l-Istat Membru responsabbli jaċċetta li jieħdu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, l-Artikolu 28 tar-Regolament Nru 604/2013 jipprekludi l-applikazzjoni ta’ regoli tad-dritt nazzjonali, bħal dawk tad-dritt Svediż, li jipprovdu li barrani ma jistax jinżamm f’detenzjoni għall-finijiet tal-implementazzjoni [ta’ trasferiment] għal iktar minn xahrejn fl-assenza ta’ raġunijiet serji li jiġġustifikaw detenzjoni iktar fit-tul, għal iktar minn tliet xhur jekk jeżistu tali raġunijiet u għal iktar minn tnax-il xhar jekk ikun hemm probabbiltà li l-implementazzjoni tieħu iktar żmien minħabba nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-barrani jew jekk id-dokumenti neċessarji jieħdu ż-żmien biex jinkisbu?

    3)

    Jekk terġa’ tinbeda proċedura ta’ implementazzjoni ladarba l-appell jew ir-reviżjoni ma jkollhomx iktar effett sospensiv (ara l-Artikolu 27(3) tar-Regolament Nru 604/2013), jibda jiddekorri terminu ġdid ta’ sitt ġimgħat għall-implementazzjoni tat-trasferiment jew għandu jitnaqqas minnu, pereżempju, in-numru ta’ ġranet li l-persuna kkonċernata tkun diġà qattgħet f’detenzjoni wara li l-Istat Membru responsabbli jkun aċċetta li jeħodha taħt ir-responsabbiltà tiegħu jew li jeħodha lura taħt ir-responsabbiltà tiegħu?

    4)

    Il-fatt li l-applikant għall-ażil, li appella mid-deċiżjoni ta’ trasferiment, ma talabx li l-implementazzjoni tad-deċiżjoni ta’ trasferiment tiġi sospiża sal-eżitu tal-appell tagħha [ara l-Artikolu 27(3)(c) u (4) tar-Regolament Nru 604/2013] għandu importanza?


    (1)  Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (ĠU L 180, p. 31)


    Top