This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015TN0742
Case T-742/15 P: Appeal brought on 16 December 2015 by DD against the judgment of the Civil Service Tribunal of 8 October 2015 in Joined Cases F-106/13 and F-25/14 DD v FRA
Kawża T-742/15 P: Appell ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2015 minn DD mis-sentenza mogħtija fit-8 ta’ Ottubru 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawżi magħquda F-106/13 u F-25/14, DD vs FRA
Kawża T-742/15 P: Appell ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2015 minn DD mis-sentenza mogħtija fit-8 ta’ Ottubru 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawżi magħquda F-106/13 u F-25/14, DD vs FRA
ĠU C 111, 29.3.2016, p. 26–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 111/26 |
Appell ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2015 minn DD mis-sentenza mogħtija fit-8 ta’ Ottubru 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawżi magħquda F-106/13 u F-25/14, DD vs FRA
(Kawża T-742/15 P)
(2016/C 111/32)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: DD (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: L. Levi and M. Vandenbussche, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)
Talbiet tal-appellant
— |
tannulla parzjalment is-sentenza fil-Kawżi magħquda F-106/13 u F-25/14 tat-8 ta’ Ottubru 2015; |
— |
konsegwentement:
|
— |
tikkundanna lill-FRA tbati l-ispejjeż kollha marbuta ma’ dan l-appell |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellant jinvoka żewġ aggravji.
1. |
L-ewwel aggravju jallega li t-Tribunal għs-servizz pubbliku wettaq żbalji ta’ liġi meta eżamina biss t-talba proċedurali ta’ assenza ta’ smigħ li wassal għall-annullament kemm tad-deċiżjoni ta’ twissija kif ukoll tat-terminazzjoni tal-kuntratt, u billi rrifjuta li jeżamina l-motivi l-oħra kollha invokati fir-rikors fl-ewwel istanza. L-appellant jallega li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żball ta’ liġi u għamel eżami mhux sħiħ tal-fatti, kiser l-Artikolu 47 tal-Karta tad-drittijiet Fundamentali u kiser l-obbligu ta’ motivazzjoni, kiser il-prinċipju tal-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, kiser il-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi u wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni. |
2. |
It-tieni aggravju jallega li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żbalji ta’ liġi meta ċaħad it-talbiet tal-appellant għal danni mhux materjali kemm fir-rigward tad-deċiżjoni tat-twissija u kif ukoll id-deċiżjoni ta’ terminazzjoni ta’ kuntratt.
|
(1) Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 20, Vol. 1, p. 23).