Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0533

    Kawża T-533/15: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2015 – Korea National Insurance Corporation Zweigniederlassung Deutschland a.o. vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

    ĠU C 381, 16.11.2015, p. 49–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.11.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 381/49


    Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2015 – Korea National Insurance Corporation Zweigniederlassung Deutschland a.o. vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

    (Kawża T-533/15)

    (2015/C 381/60)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Korea National Insurance Corporation Zweigniederlassung Deutschland (Hamburg, il-Ġermanja), Kim Il Su (Pyongyang, Ir-Repubblika tal-Korea), Kang Song Sam (Hamburg), Choe Chun Sik (Pyongyang), Sin Kyu Nam (Pyongyang), Pak Chun San (Pyongyang), So Tong Myong (Pyongyang) (rappreżentanti: M. Lester u S. Midwinter, Barristers, T. Brentnall u A. Stevenson, Solicitors)

    Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1066, tat-2 ta’ Lulju 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2013/183/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ĠU L 174, p. 25) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1062, tat-2 ta’ Lulju 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ĠU L 174, p. 16) sa fejn dawk il-miżuri huma intiżi li jinkluduhom fl-Anness V;

    tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-konvenuti naqqsu milli jagħtu raġunijiet adegwati jew suffiċjenti biex jinkludu r-rikorrenti.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq li l-konvenuti wettqu żball manifest meta kkunsidraw li xi wieħed mill-kriterji għall-elenkar fil-miżuri kkontestati kienu sodisfatti fil-każ tar-rikorrenti, ma hemmx bażi fattwali għall-inklużjoni tagħhom.

    3.

    It-tielet motiv ibbażat fuq li l-konvenuti kisru l-prinċipji tal-protezzjoni tad-data.

    4.

    Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li l-konvenuti kisru, mingħajr ġustifikazzjoni jew proporzjon, id-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti, inkluż id-dritt tagħhom għall-protezzjoni tal-proprjetà, tan-negozju u tar-reputazzjoni tagħhom.


    Top