This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015TN0509
Case T-509/15: Action brought on 3 September 2015 — Kessel medintim v OHIM — Janssen-Cilag GmbH (Premeno)
Kawża T-509/15: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Settembru 2015 – Kessel medintim vs UASI – Janssen-Cilag (Premeno)
Kawża T-509/15: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Settembru 2015 – Kessel medintim vs UASI – Janssen-Cilag (Premeno)
ĠU C 354, 26.10.2015, p. 45–46
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 354/45 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Settembru 2015 – Kessel medintim vs UASI – Janssen-Cilag (Premeno)
(Kawża T-509/15)
(2015/C 354/55)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Kessel medintim GmbH (Mörfelden-Walldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Jacob u U. Staudenmaier, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Janssen-Cilag GmbH (Neuss, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “Premeno” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6 408 926
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Lulju 2015 fil-Każ R 349/2015-4
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad l-oppożizzjoni; |
— |
sussidjarjament: tibgħat lura l-oppożizzjoni quddiem l-UASI għal eżami mill-ġdid; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-proċedimenti skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. |
Motivi invokati
— |
Ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |