Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0495

    Kawża T-495/15: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Awwissu 2015 – Sociedad agraria de transformación no 9982 Montecitrus vs UASI – Spanish Oranges (MOUNTAIN CITRUS SPAIN)

    ĠU C 354, 26.10.2015, p. 40–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.10.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 354/40


    Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Awwissu 2015 – Sociedad agraria de transformación no 9982 Montecitrus vs UASI – Spanish Oranges (MOUNTAIN CITRUS SPAIN)

    (Kawża T-495/15)

    (2015/C 354/49)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Sociedad agraria de transformación no 9982 Montecitrus (Pulpí, Spanja) (rappreżentanti: N. Fernández Fernández-Pacheco, avuakt)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Spanish Oranges SL (Castellón, Spanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

    Applikant tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “MOUNTAIN CITRUS SPAIN” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 290 293

    Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ Ġunju 2015 fil-Każ R 871/2014-4

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tirrifjuta l-applikazzjoni għat-trade mark inkwistjoni għall-prodotti kollha fil-klassijiet 29 u 31;

    tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top