Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TB0242

    Kawża T-242/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Jannar 2017 – ACDA et vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Estensjoni tat-tul tal-konċessjonijiet — Pjan ta’ stimulu tal-awtostradi fit-territorju Franċiż — Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet — Assoċjazzjoni — Nuqqas ta’ interess individwali — Att regolatorju li jinvolvi miżuri ta’ implementazzjoni — Inammissibbiltà”)

    ĠU C 70, 6.3.2017, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.3.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 70/21


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Jannar 2017 – ACDA et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-242/15) (1)

    ((“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Estensjoni tat-tul tal-konċessjonijiet - Pjan ta’ stimulu tal-awtostradi fit-territorju Franċiż - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Assoċjazzjoni - Nuqqas ta’ interess individwali - Att regolatorju li jinvolvi miżuri ta’ implementazzjoni - Inammissibbiltà”))

    (2017/C 070/29)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Automobile club des avocats (ACDA) (Pariġi, Franza), Organisation des transporteurs routiers européens (OTRE) (Bordeaux, Franza), Fédération française des motards en colère (FFMC) (Pariġi), Fédération française de motocyclisme (Pariġi), Union nationale des automobile clubs (Pariġi) (rappreżentant: M. Lesage, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u R. Sauer, aġenti)

    Suġġett

    Rikors taħt l-Artikolu 263 TFUE intiż li jikseb l-annullament tad-Deċiżjoni C(2014) 7850 finali tal-Kummissjoni, tat-28 ta’ Ottubru 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.2014/N 38271 – Franza – Pjan ta’ stimulu tal-awtostradi.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent tar-Repubblika Franċiża.

    3)

    L-Automobile club des avocats (ACDA), l-Organisation des transporteurs routiers européens (OTRE), il-Fédération française des motards en colère (FFMC), il-Fédération française de motocyclisme u l-Union nationale des automobile clubs għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

    4)

    Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha marbuta mat-talba għal intervent tagħha.


    (1)  ĠU C 236, 20/7/2015.


    Top