Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0504

Kawża T-504/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 8 ta’ Marzu 2017 – Rafhaelo Gutti vs EUIPO – Transformados del Sur (CAMISERIA LA ESPAÑOLA) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva CAMISERIA LA ESPAÑOLA — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti li tirrappreżenta żewġt ibnadar f’forma ta’ salib — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

ĠU C 129, 24.4.2017, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 8 ta’ Marzu 2017 – Rafhaelo Gutti vs EUIPO – Transformados del Sur (CAMISERIA LA ESPAÑOLA)

(Kawża T-504/15) (1)

([Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva CAMISERIA LA ESPAÑOLA - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti li tirrappreżenta żewġt ibnadar f’forma ta’ salib - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 129/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Rafhaelo Gutti, SL (Loja, Spanja) (rappreżentant: I. Sempere Massa, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Uriarte Valiente u A. Schifko, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Transformados del Sur, SA (Sevilla, Spanja) (rappreżentant: M. Salas Martin, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Lulju 2015 (Każ R 2424/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Transformados del Sur u Rafhaelo Gutti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Rafhaelo Gutti, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 354, 26.10.2015


Top