Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0431

    Kawża T-431/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2016 – Fruit of the Loom vs EUIPO – Takko (FRUIT) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali FRUIT — Użu ġenwin tat-trade mark — Artikolu 15 u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Użu estern tat-trade mark”]

    ĠU C 305, 22.8.2016, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.8.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 305/33


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2016 – Fruit of the Loom vs EUIPO – Takko (FRUIT)

    (Kawża T-431/15) (1)

    ([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali FRUIT - Użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 15 u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Użu estern tat-trade mark”])

    (2016/C 305/45)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Fruit of the Loom, Inc. (Bowling Green, Kentucky, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, u V. Marsland, solicitor)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Takko Holding GmbH (Telgte, il-Ġermanja)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Mejju 2015 (Każ R 1641/2014-2), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Takko Holding u Fruit of the Loom.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-12 ta’ Mejju 2015 (Każ R 1641/2014-2) hija annullata.

    2)

    L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż ta’ Fruit of the Loom, Inc.


    (1)  ĠU C 320, 28.9.2015.


    Top