Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0216

    Kawża T-216/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2018 – Dôvera zdravotná poist’ovňa vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat — Korpi ta’ assigurazzjoni għall-mard — Żieda tal-kapital, ħlas lura ta’ djun, sussidji u skema ta’ugwalizzazzjoni tar-Riskju — Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Kunċett ta’ impriża u ta’ attività ekonomika — Prinċipju ta’ solidarjetà — Kontroll mill-Istat — Attività ta’ natura ekonomika — Kompetizzjoni fir-rigward il-kwalità — Preżenza ta’ operaturi li għandhom għan lukrattiv — Riċerka, użu u distribuzzjoni ta’ benefiċċji — Żball ta’liġi — Żball ta’ evalwazzjoni”)

    ĠU C 104, 19.3.2018, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.3.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 104/25


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2018 – Dôvera zdravotná poist’ovňa vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-216/15) (1)

    ((“Għajnuna mill-Istat - Korpi ta’ assigurazzjoni għall-mard - Żieda tal-kapital, ħlas lura ta’ djun, sussidji u skema ta’ugwalizzazzjoni tar-Riskju - Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Kunċett ta’ impriża u ta’ attività ekonomika - Prinċipju ta’ solidarjetà - Kontroll mill-Istat - Attività ta’ natura ekonomika - Kompetizzjoni fir-rigward il-kwalità - Preżenza ta’ operaturi li għandhom għan lukrattiv - Riċerka, użu u distribuzzjoni ta’ benefiċċji - Żball ta’liġi - Żball ta’ evalwazzjoni”))

    (2018/C 104/32)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Dôvera zdravotná poist’ovňa, a.s. (Bratislava, is-Slovakkja) (rappreżentanti: O. Brouwer u A. Pliego Selie, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P.-J. Loewenthal u L. Armati, aġenti)

    Intervenjent insostenn tar-rikorrent: Union zdravotná poist’ovňa, a.s. (Bratislava) (rappreżentanti: inizjalment minn E. Pijnacker Hordijk u A. ter Haar, sussegwentement minn A. ter Haar, avukati)

    Intervenjent insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: B. Ricziová, aġent)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/248 tal-15 ta’ Ottubru 2014 dwar il-miżuri SA.23008 (2013/C) (ex 2013/NN) implimentati mir-Repubblika Slovakka għal Spoločná zdravotná poisťovňa, a.s (SZP), u għal Všeobecná zdravotná poisťovňa, a.s (VZP) (ĠU 2015, L 41, p. 25).

    Dispożittiv

    1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/248 tal- 15 ta’ Ottubru 2014 dwar il-miżuri SA.23008 (2013/C) (ex 2013/NN) implimentati mir-Repubblika Slovakka għal Spoločná zdravotná poisťovňa, a.s (SZP) u Všeobecná zdravotná poisťovňa, a. s. (VZP)hija nnullata.

    2)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, l-ispejjeż sostnuti mid-Dôvera zdravotná poist’ovňa, a.s u mill-Union zdravotná poist’ovňa a.s.

    3)

    Ir-Repubblika Slovakka għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


    (1)  ĠU C 262, 10.8.2015,


    Top