EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FN0103

Kawża F-103/15: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni Ewropea

ĠU C 354, 26.10.2015, p. 55–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/55


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża F-103/15)

(2015/C 354/65)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: C. Falagiani, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewoprea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li żżomm is-somma ta’ EUR 14  207,60 mill-pensjoni tar-rikorrent bħala rimbors ta’ spejjeż relatati ma’ żmien li l-konjuġi tiegħu għamlet fl-isptar li tirriżulta mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li annullat id-deċiżjoni iniżjali tal-Kummissjoni li tħallas l-ispejjeż kollha tal-isptar meqjusa li huma eċċessivi.

Talbiet

jikkonstata u jiddikjara li l-Kummissjoni Ewropea, bi ksur ta’ dak li ġie deċiż permezz tas-sentenza mogħtija fis-16 ta’ Mejju 2013 minn dan it-Tribunal u għar-raġunijiet li jinsabu kollha fl-espożizzjoni tal-motivi ta’ dan ir-rikors, ħadet illegalment mill-pensjoni tar-rikorrent is-somma ta’ EUR 14  207,60;

jikkundanna lill-Kummissjoni tħallsu, bħala ħlas lura ta’ dak li ttieħed indebitament, is-somma ta’ EUR 12  407,60 euros, flimkien mal-interessi moratorji;

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tħallas l-ispejjeż kollha marbuta ma’ din il-proċedura.


Top