Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FN0097

Kawża F-97/15: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Lulju 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

ĠU C 294, 7.9.2015, p. 85–85 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/85


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Lulju 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-97/15)

(2015/C 294/104)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni finali ta’ trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fl-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni, li tapplika d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni (DĠI) tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda, tat-3 ta’ Marzu 2011.

Talbiet

jiddikjara illegali l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;

jannulla d-deċiżjoni tal-14 ta’ Ottubru 2014 li tikkonferma t-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrent qabel id-dħul fis-servizz tiegħu b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, tat-3 ta’ Marzu 2011;

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


Top