This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CN0526
Case C-526/15: Request for a preliminary ruling from the Rechtbank van Koophandel Brussel (Belgium) lodged on 5 October 2015 — Uber Belgium BVBA v Taxi Radio Bruxellois NV, Other parties: Uber NV and Others
Kawża C-526/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van koophandel Brussel (il-Belġju) fil-5 ta’ Ottubru 2015 – Uber Belgium BVBA vs Taxi Radio Bruxellois NV, partijiet oħra: Uber NV et
Kawża C-526/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van koophandel Brussel (il-Belġju) fil-5 ta’ Ottubru 2015 – Uber Belgium BVBA vs Taxi Radio Bruxellois NV, partijiet oħra: Uber NV et
ĠU C 429, 21.12.2015, p. 9–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van koophandel Brussel (il-Belġju) fil-5 ta’ Ottubru 2015 – Uber Belgium BVBA vs Taxi Radio Bruxellois NV, partijiet oħra: Uber NV et
(Kawża C-526/15)
(2015/C 429/13)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van koophandel Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Uber Belgium BVBA
Konvenuta: Taxi Radio Bruxellois NV
Intervjenjenti: Uber NV et, Brussels Hoofdstedelijk Gewest, Belgische Federatie van Taxis, Nationale Groepering van Ondernemingen met Taxi- en Locatievoertuigen met Chauffeur VZW
Domanda preliminari
Il-prinċipju ta’ proporzjonalità, sanċit fl-Artikolu 5 TUE u fl-Artikolu 52(1) tal-Karta (1), flimkien mal-Artikoli 15, 16 u 17 tal-Karta u mal-Artikoli 28 u 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni bħal dik prevista mill-Ordonnantie van het Brusselse Hoofstedelijk Gewest van 27 april 1995 betreffende de taxidiensten voor het verhuren van voertuigen met vervoerder (digriet tar-Reġjun Brussell-Kapitali, tas-27 ta’ April 1995, dwar is-servizzi ta’ taxis u s-servizzi ta’ kiri ta’ karozzi bix-xufier), interpretata fis-sens li l-kunċett ta’ “servizzi ta’ taxis” japplika wkoll għat-trasportaturi individwali mhux imħallsa li jipprattikaw ir-ride sharing (trasport kondiviż) billi jaċċettaw talbiet għal trasport offruti lilhom permezz ta’ applikazzjoni ta’ softwer tal-impriżi Uber BV et, stabbiliti fi Stat Membru ieħor?