Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0510

Kawża C-510/15 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2015 minn Fapricela – Indústria de Trefilaria, SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-15 ta’ Lulju 2015 fil-Kawża T-398/10, Fapricela vs Il-Kummissjoni

ĠU C 381, 16.11.2015, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/25


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2015 minn Fapricela – Indústria de Trefilaria, SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-15 ta’ Lulju 2015 fil-Kawża T-398/10, Fapricela vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-510/15 P)

(2015/C 381/27)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Appellanti: Fapricela – Indústria de Trefilaria, SA (rappreżentanti: T. Caiado Guerreiro u R. Rodrigues Lopes, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

(i)

tikkorreġi l-volum tal-bejgħ meħud inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tal-multa;

(ii)

tannulla parzjalment is-sentenza appellata sa fejn din tirreferi:

għall-volum tal-bejgħ li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni;

għall-oneru tal-prova fir-rigward tat-tul tal-parteċipazzjoni fl-akkordju;

għall-attribuzzjoni ta’ livell ta’ gravità ogħla meta mqabbel ma’ Fundia;

għall-attribuzzjoni ta’ ammont addizzjonali eċċessiv.

(iii)

tikkorreġi, b’mod konformi, l-ammont tal-multa, b’mod partikolari permezz:

tal-korrezzjoni tal-volum tal-bejgħ;

tal-korrezzjoni tat-tul tal-ksur;

tal-korrezzjoni tas-sena meħuda inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tal-multa;

tal-korrezzjoni tal-livell ta’ gravità tal-ksur, billi tattribwixxi livell ta’ gravità ta’ 16 % (indaqs għal dak attribwit lil Fundia);

tal-korrezzjoni tal-ammont addizzjonali.

(iv)

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

a)

Il-volum tal-bejgħ meħud inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni għall-kalkolu tal-multa u aċċettat mill-Qorti Ġenerali huwa vvizzjat bi żbalji evidenti, li jeħtieġu li jiġu korretti;

b)

Il-Qorti Ġenerali allokat b’mod indebitu l-oneru tal-prova u, f’dan is-sens, wettqet ksur tal-prinċipju ta’ preżunzjoni tal-innoċenza fl-analiżi tal-fatti;

c)

Il-Qorti Ġenerali kisret id-dmir tagħha ta’ motivazzjoni, kif ukoll il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fil-kalkolu tal-multa, liema fatt irriżulta fid-determinazzjoni tal-livell eċċessiv ta’ gravità tal-ksur;

d)

Il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità fid-determinazzjoni tal-ammont addizzjonali bħala effett dissważiv, b’effetti, b’mod partikolari, fuq il-proporzjonalità tal-multa.


Top