Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0431

    Kawża C-431/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Cantabria (Spanja) fis-7 ta’ Awwissu 2015 – Liberbank, S.A. vs Rafael Piris del Campo

    ĠU C 354, 26.10.2015, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.10.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 354/21


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Cantabria (Spanja) fis-7 ta’ Awwissu 2015 – Liberbank, S.A. vs Rafael Piris del Campo

    (Kawża C-431/15)

    (2015/C 354/24)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Audiencia Provincial de Cantabria – Sección 4

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Liberbank, S.A.

    Konvenut: Rafael Piris del Campo

    Domandi preliminari

    1)

    Il-limitazzjoni tal-effetti retroattivi tan-nullità ta’ klawżola ta’ rata minima inġusta li ddaħlet f’kuntratt konkluż mal-konsumaturi hija kompatibbli mal-prinċipju li l-klawżoli inġusti ma humiex vinkolanti u mal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE (1), tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur?

    2)

    Iż-żamma tal-effetti li jirriżultaw minn klawżola ta’ rata minima li ddaħħlet f’kuntratt konkluż mal-konsumaturi ddikjarata nulla minħabba li din il-klawżola tirriżulta li hija inġusta hija kompatibbli mal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur?

    3)

    Il-limitazzjoni tal-effetti retroattivi tan-nullità ta’ klawżola ta’ rata minima inġusta li ddaħlet f’kuntratt konkluż mal-konsumaturi minħabba li hemm riskju ta’ tħarbit gravi b’effett fuq l-ordni pubbliku ekonomiku u l-bona fide hija kompatibbli mal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur?

    4)

    Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda preċedenti, meta titressaq azzjoni individwali għal nullità ta’ klawżola inġusta li ddaħlet f’kuntratt konkluż mal-konsumaturi, il-preżunzjoni ta’ riskju ta’ tħarbit gravi b’effett fuq l-ordni pubbliku ekonomiku hija kompatibbli mal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, jew dan ir-riskju għandu jiġi evalwat u vvalutat fid-dawl tad-data ekonomika konkreta li minnha tinsilet ir-riperkussjoni makroekonomika tal-għoti ta’ effetti retroattivi f’każ ta’ nullità ta’ klawżola inġusta?

    5)

    Min-naħa l-oħra, meta titressaq azzjoni individwali ta’ nullità ta’ klawżola inġusta li ddaħlet f’kuntratt konkluż mal-konsumaturi, il-fatt li l-eżistenza ta’ riskju ta’ tħarbit gravi b’effett fuq l-ordni pubbliku ekonomiku tiġi evalwata fid-dawl tal-effetti ekonomiċi li jkollu l-eżerċizzju potenzjali ta’ azzjoni individwali mressqa minn numru kbir ta’ konsumaturi huwa kompatibbli mal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993? Jew, kuntrarjament, dan ir-riskju għandu jiġi evalwat fid-dawl tal-effett ekonomiku fuq l-ekonomija tal-azzjoni individwali konkreta mressqa mill-kosumatur?

    6)

    Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tielet domanda, il-fatt li għall-evalwazzjoni tal-bona fide l-aġir tal-bejjiegħ jew tal-fornitur jiġi evalwat in abstracto, huwa kompatibbli mal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur?

    7)

    Jew, bil-kontra, huwa neċessarju li l-imsemmija bona fide tiġi eżaminata u evalwata f’kull każ konkret fid-dawl tal-aġir konkret segwit mill-bejjiegħ jew mill-fornitur fil-kuntest tal-konklużjoni tal-kuntratt u l-inklużjoni tal-klawżola inġusta fil-kuntratt, skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.


    Top