This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CN0281
Case C-281/15: Request for a preliminary ruling from the Oberlandesgericht München (Germany) lodged on 11 June 2015 — Soha Sahyouni v Raja Mamisch
Kawża C-281/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht München (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Ġunju 2015 – Soha Sahyouni vs Raja Mamisch
Kawża C-281/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht München (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Ġunju 2015 – Soha Sahyouni vs Raja Mamisch
ĠU C 294, 7.9.2015, p. 29–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 294/29 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht München (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Ġunju 2015 – Soha Sahyouni vs Raja Mamisch
(Kawża C-281/15)
(2015/C 294/36)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht München
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Soha Sahyouni
Konvenut: Raja Mamisch
Domandi preliminari
1) |
It-terminu “divorzju privat”, f’dan il-każ dak quddiem qorti reliġjuża Sirjana bbażata fuq ix-Xarija, jaqa’ wkoll taħt il-kamp ta’ applikazzjoni intiż mill-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1259/2010 (1), tal-20 ta’ Diċembru 2010, li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali? |
2) |
Fl-ipoteżi fejn tingħata risposta affermattiva għad-domanda 1:
Il-kunsens għad-divorzju mill-konjuġi ddiskriminat, inkluż billi jaċċetta li jirċievi/tirċievi kumpens, minnu nnifsu huwa raġuni li r-regola ma tiġix applikata? |