This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CN0270
Case C-270/15 P: Appeal lodged on 8 June 2015 by the Kingdom of Belgium against the judgment of the General Court (First Chamber) of 25 March 2015 in Case T-538/11 Belgium v Commission
Kawża C-270/15 P: Appell ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2015 mir-Renju tal-Belġju mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fil-25 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-538/11, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni
Kawża C-270/15 P: Appell ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2015 mir-Renju tal-Belġju mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fil-25 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-538/11, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni
ĠU C 254, 3.8.2015, p. 14–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 254/14 |
Appell ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2015 mir-Renju tal-Belġju mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fil-25 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-538/11, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-270/15 P)
(2015/C 254/18)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Appellant: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: C. Pochet u J.-C. Halleux, aġenti, L. Van Den Hende, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Marzu 2015; |
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tas-27 ta’ Lulju 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat għall-finanzjament tal-iskrining [screening] għall-enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli (EST) fil-bovini [annimali tal-ifrat] implimentata mill-Belġju [Għajnuna mill-Istat C 44/08 (ex NN 45/04)]; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-ewwel aggravju: Il-Qorti Ġenerali wettqet żbalji ta’ liġi u kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha fir-rigward tal-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.
a) |
L-ewwel parti: Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni, b’mod partikolari sa fejn ibbażat ruħha fuq il-premessa li, kull darba li l-awtorità timponi obbligu legali jew amministrattiv fuq ċerti impriżi, l-ispejjeż marbuta ma’ dan l-obbligu għandhom awtomatikament jiġu imputati lill-impriżi kkonċernati, mingħajr ma l-awtorità pubblika tkun tista’ tintervjeni bi kwalunkwe mod u indipendentement mill-għan tal-miżura u tar-rabta mal-eżerċizzju tal-prerogattivi ta’ awtorità pubblika. Peress li din il-premessa għandha tiġi miċħuda, il-Qorti Ġenerali bl-ebda mod ma spjegat għaliex l-ispejjeż tat-testijiet għall-iscreening tal-EST jikkostitwixxu spiża li “normalment” hija ta’ piż għall-baġit ta’ impriża. Il-Qorti Ġenerali kisret ukoll l-obbligu ta’ motivazzjoni stabbilit fl-Artikolu 36, moqri flimkien mal-Artikolu 53, tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari billi ma eżaminatx id-diversi argumenti u preċedenti invokati mill-appellant, jew billi naqset milli tirrikonoxxi r-rilevanża tagħhom. |
b) |
It-tieni parti: Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi sa fejn ikkunsidrat li l-eżistenza jew l-assenza ta’ leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni huma kompletament irrilevanti għall-finijiet tal-għajnuna mill-Istat. F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali kisret ukoll l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha stabbilit fl-Artikolu 36, moqri flimkien mal-Artikolu 53, tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, billi ma rrispondietx għall-argumenti magħmula mir-Renju tal-Belġju. |
c) |
It-tielet parti: Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi tat x’tifhem li r-Renju tal-Belġju ma kienx indika għaliex l-eżistenza jew l-assenza ta’ kumpens eċċessiv huma legalment rilevanti għall-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. Is-sentenza appellata hija wkoll ivvizzjata bi żball ta’ liġi sa fejn tidher li qed tinsinwa li dan l-argument ma ġiex issostanzjat b’mod suffiċjenti fuq livell fattwali. |
It-tieni aggravju: Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha fir-rigward tal-applikazzjoni tal-kundizzjoni dwar is-selettività fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta affermat, b’mod ġenerali, li l-impriżi kollha suġġetti għall-obbligu li jwettqu kontrolli qabel ma jkunu jistgħu jqiegħdu fis-suq jew jikkummerċjalizzaw il-prodotti tagħhom, kienu, bħala definizzjoni, f’“sitwazzjoni fattwali u legali paragunabbli”. Tal-inqas, il-Qorti Ġenerali kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha billi ma spjegat bl-ebda mod għal liema raġuni dawn l-impriżi kollha jinsabu f’“sitwazzjoni fattwali u legali paragunabbli” mill-perspettiva tal-għajnuna mill-Istat u billi ma rrispondietx għar-riżervi espressi mir-Renju tal-Belġju.