EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0433

Kawża C-433/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-24 ta’ Jannar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ħalib u prodotti mill-ħalib — Imposta addizzjonali fuq il-ħalib — Snin minn 1995/1996 sa 2008/2009 — Regolament (KE) Nru 1234/2007 — Artikoli 79, 80 u 83 — Regolament (KE) Nru 595/2004 — Artikoli 15 u 17 — Ksur — Assenza ta’ ħlas effettiv tal-imposta fit-termini previsti — Nuqqas ta’ rkupru f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas tal-imposta)

ĠU C 104, 19.3.2018, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-24 ta’ Jannar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-433/15) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ħalib u prodotti mill-ħalib - Imposta addizzjonali fuq il-ħalib - Snin minn 1995/1996 sa 2008/2009 - Regolament (KE) Nru 1234/2007 - Artikoli 79, 80 u 83 - Regolament (KE) Nru 595/2004 - Artikoli 15 u 17 - Ksur - Assenza ta’ ħlas effettiv tal-imposta fit-termini previsti - Nuqqas ta’ rkupru f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas tal-imposta))

(2018/C 104/02)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi, D. Nardi u J. Guillem Carrau, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistita minn P. Gentili u S. Fiorentino, avocatti dello Stato)

Dispożittiv

1)

Billi naqset milli tiżgura li l-imposta addizzjonali dovuta fuq il-produzzjoni li seħħet fl-Italja li taqbeż il-kwota nazzjonali, mill-ewwel sena ta’ impożizzjoni effettiva tal-imposta addizzjonali fl-Italja (1995/1996) u sal-aħħar sena li fiha kienet ikkonstatata produzzjoni żejda fl-Italja (2008/2009),

kienet effettivament ġiet allokata lill-produtturi li kkontribwixxew għal kull eċċess ta’ produzzjoni u

kienet tħallset fiż-żmien opportun, malli saritilhom komunikazzjoni dwar l-ammont dovut, mix-xerrejja jew mill-produtturi fil-każ ta’ bejgħ dirett, jew

f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas fit-termini previsti, li kienet iskritta fir-reġistru u, eventwalment, irkuprata permezz ta’ eżekuzzjoni forzata mingħand dawk ix-xerrejja jew produtturi,

ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3950/92 tat-28 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi imposta addizzjonali fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti mill-ħalib, tal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi taxxa fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib, tal-Artikoli 79, 80 u 83 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Regolament dwar OKS Unika), kif ukoll, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni, tal-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 536/93 tad-9 ta’ Marzu 1993 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-imposta addizzjonali fis-settur tal-ħalib u prodotti mill-ħalib, tal-Artikolu 11(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1392/2001 tad-9 ta’ Lulju 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament Nru 3950/92, kif ukoll, fl-aħħar lok, tal-Artikoli 15 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 595/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jniżżel regoli dettaljati biex japplika r-Regolament Nru 1788/2003, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1468/2006 tal-4 ta’ Ottubru 2006.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 354, 26.10.2015.


Top