Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0326

Kawża C-326/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administratīvā apgabaltiesa – il-Latvja) – “DNB Banka” AS vs Valsts ieņēmumu dienests (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 132(1)(f) — Eżenzjonijiet favur ċerti attivitajiet ta’ interess ġenerali — Eżenzjoni ta’ provvisti ta’ servizzi minn gruppi indipendenti ta’ persuni lill-membri tagħhom — Applikabbiltà fil-qasam tas-servizzi finanzjarji)

ĠU C 392, 20.11.2017, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administratīvā apgabaltiesa – il-Latvja) – “DNB Banka” AS vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-326/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 132(1)(f) - Eżenzjonijiet favur ċerti attivitajiet ta’ interess ġenerali - Eżenzjoni ta’ provvisti ta’ servizzi minn gruppi indipendenti ta’ persuni lill-membri tagħhom - Applikabbiltà fil-qasam tas-servizzi finanzjarji))

(2017/C 392/06)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Administratīvā apgabaltiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“DNB Banka” AS

Konvenuta: Valsts ieņēmumu dienests

Dispożittiv

L-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni tkopri biss il-gruppi indipendenti ta’ persuni li l-membri tagħhom jeżerċitaw attività ta’ interess ġenerali msemmija f’dan l-Artikolu 132 ta’ din id-direttiva u li, għalhekk, is-servizzi pprovduti minn grupp li l-membri tiegħu jeżerċitaw attività ekonomika fil-qasam tas-servizzi finanzjarji li ma tikkostitwixxix tali attività ta’ interess ġenerali, ma jibbenefikawx minn din l-eżenzjoni.


(1)  ĠU C 311, 21.09.2015.


Top