Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0677

    Kawża T-677/14: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2014 – Biogaran vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 395, 10.11.2014, p. 59–60 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 395/59


    Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2014 – Biogaran vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-677/14)

    (2014/C 395/72)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Biogaran (Colombes, Franza) (rappreżentant: T. Reymond, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla l-Artikoli 1, 7 u 8 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru C(2014) 4955 finali, tad-9 ta’ Lulju 2014, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 u tal-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (AT.39612-Perindopril (SERVIER)) sa fejn dawn jirrigwardaw lil Biogaran;

    sussidjarjament, tagħmel użu mill-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha sabiex tnaqqas b’mod sostanzjali ħafna l-ammont tal-multa imposta fuq Biogaran mill-Artikolu 7 tal-imsemmija deċiżjoni;

    tagħti lil Biogaran l-benefiċċju ta’ kull annullament, totali jew parzjali, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru C(2014) 4955 finali, tad-9 ta’ Lulju 2014, fil-kuntest tar-rikors ippreżentat mill-kumpanniji Servier S.A.S, Les Laboratoires Servier u Servier Laboratories Limited u minn dan tislet kull konsegwenza fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha;

    tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn din ma turix il-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fi kwalunkwe ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni.

    Ir-rikorrenti ssostni li personalment hija ma wettqet ebda att antikompetittiv u ma setgħetx tinżamm responsabbli għal ftehim bonajru fil-qasam tal-privattivi konkluż mill-kumpannija parent tagħha, li għalih hija ma kinitx parti u li ma kinitx taf il-kontenut tiegħu.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq żnaturament tal-fatti, saf fejn id-deċiżjoni kkontestata b’mod żbaljat ikkonkludiet li l-ftehim ta’ liċenzja u ta’ provvista li r-rikorrenti kienet ikkonkludiet mal-kumpannija Niche kien serva ta’ inċentiv addizzjonali sabiex din l-aħħar kumpannija tiġi inkoraġġuta tikkonkludi l-ftehim bonarju fil-qasam tal-privattivi mal-kumpannija parent tar-rikorrenti.

    3.

    It-tielet motiv ibbażat, sussidjarjament, fuq żball ta’ liġi, sa fejn ġiet imposta multa fuq ir-rikorrenti minkejja li l-ksur kien għadu kif ġie ddeterminat.


    Top