Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0496

    Kawża T-496/14: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Ġunju 2014 – Berry Investments vs Il-Kunsill

    ĠU C 292, 1.9.2014, p. 53–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.9.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 292/53


    Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2014 – Berry Investments vs Il-Kunsill

    (Kawża T-496/14)

    2014/C 292/65

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrenti: Berry Investments (Monrovia, il-Liberja) (rappreżentanti: V. Christianos u S. Paliou, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet tar-rikorrenti

    tikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 4 36  357.19, bħala kumpens għad-danni kkawżati lir-rikorrent permezz tal-atti illegali mwettqa mill-konvenut, bl-interessi li jibdew jiddekorru mid-data meta r-rikorrent iċċaħħad illegalment id-depożiti tiegħu (29/03/2013) sad-data tal-għoti tas-sentenza f’din il-kawża u bl-interessi ta’ kull jum mill-għoti tas-sentenza f’din il-kawża sakemm isir il-ħlas sħiħ;

    sussidjarjament, tikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrenti 4/5 tal-ammont imsemmi iktar ’il fuq, jiġifieri, is-somma ta’ EUR 3 49  085.75, bħala kumpens għad-danni kkawżati lir-rikorrent permezz tal-atti illegali tal-konvenut, bl-interessi li jibdew jiddekorru mid-data meta r-rikorrent iċċaħħad illegalment mid-depożiti tiegħu (29/03/2013) sad-data tal-għoti tad-deċiżjoni f’din il-kawża u bl-interessi ta’ kull jum mill-għoti tad-deċiżjoni f’din il-kawża sakemm isir il-ħlas sħiħ;

    iktar sussidjarjament, tikkundanna lill-konvenut iħallas tali ammont li għandu jiġi ddeterminat mill-Qorti Ġenerali, lir-rikorrenti bħala kumpens għad-danni kkawżati lir-rikorrenti permezz tal-atti illegali mwettqa mill-konvenut;

    tikkundnna lill-konvenut iħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 50  000, bħala kumpens għad-danni mhux materjali kkawżati lir-rikorrenti bil-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament;

    tikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 50  000, bħala kumpens għad-danni mhux materjali kkawżati bil-ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u

    tikkundanna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Permezz ta’ din l-azzjoni, skont l-Artikolu 340(2) TFUE, ir-rikorrenti qegħdin jitolbu lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, li għandha ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 268 TFEU, tordna kumpens fir-rigward tad-danni li sofrew miħabba l-aġir illegali tal-konvenut.

    Ir-rikorrenti jsostnu li d-danni ġew ikkawżati meta l-konvenut, billi aġixxa ultra vires u b’nuqqas ta’ osservanza tad-dritt sekondarju tal-UE u tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-UE, impona u, sussegwentement, ikkawża t-tnaqqis tad-depożiti bankarji tar-rikorrenti fis-Cyprus Popular Bank Public Co Ltd. (Laiki Τrapeza) u, fi kwalunkwe każ, ikkontribwixxa għal dan it-tnaqqis.

    B’mod partikolari, ir-rikorrenti jsostnu li l-konvenut wettaq il-ksur tad-drittijiet fundamentali u tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-UE segwenti:

    l-ewwel nett, ksur tad-dritt tal-proprjetà;

    it-tieni nett, ksur tal-prinċipju tal-ugwaljanza fit-trattament u

    it-tielet nett, ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u tal-prinċipju taċ-ċertezza legali.

    ir-rikorrent isostni li, kif jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita, il-kundizzjonijiet sabiex il-konvenut iħallashom kumpens għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tiegħu, huma sodisfatti.


    Top