Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0379

    Kawża T-379/14: Rikors ippreżentat fit- 3 ta’ Ġunju 2014 – Universal Music vs UASI – Yello Strom (Yellow Lounge)

    ĠU C 292, 1.9.2014, p. 46–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.9.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 292/46


    Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2014 – Universal Music vs UASI – Yello Strom (Yellow Lounge)

    (Kawża T-379/14)

    2014/C 292/56

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Universal Music GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Viefhues, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Yello Strom GmbH (Köln, il-Ġermanja)

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-20 ta’ Marzu 2014 fil-Każ R 274/2013-4; u

    tikkundanna lill-konvenut u jekk ikun il-każ lill-parti l-oħra għall-ispejjeż tal-proċeduri.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Yellow Lounge” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 38, 41, 42 u 45 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 0 0 33  421

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Yello Strom GmbH

    Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali nazzjonali “Yello” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 4, 7, 9, 16, 35, 38, 41, 42 u 45

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motiv invokat: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


    Top