Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TB0620

    Kawża T-620/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2015 – Diapharm vs Il-Kummissjoni [“Rikors għal nuqqas li ttieħed azzjoni u għal annullament — Protezzjoni tal-konsumaturi — Indikazzjonijiet dwar is-saħħa mogħtija fuq l-ikel — Regolament (KE) Nru 1924/2006 — Sustanzi botaniċi — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Nuqqas ta’ interess ġuridiku — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà”]

    ĠU C 381, 16.11.2015, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.11.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 381/33


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2015 – Diapharm vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-620/14) (1)

    ([“Rikors għal nuqqas li ttieħed azzjoni u għal annullament - Protezzjoni tal-konsumaturi - Indikazzjonijiet dwar is-saħħa mogħtija fuq l-ikel - Regolament (KE) Nru 1924/2006 - Sustanzi botaniċi - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Nuqqas ta’ interess ġuridiku - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”])

    (2015/C 381/37)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Diapharm GmbH & Co. KG (Münster, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Weidner, N. Hußmann u T. Guttau, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Wilderspin u S. Grünheid, aġenti)

    Suġġett

    Talba li jiġi kkonstatat in-nuqqas li ttieħed azzjoni mill-Kummissjoni sa fejn illegalment astjeniet milli tordna lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) sabiex tevalwa l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa dwar is-sustanzi botaniċi bħala kundizzjoni minn qabel għall-adozzjoni tal-lista definittiva ta’ indikazzjoniiet awtorizzati konformement mal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (ĠU L 404, p. 9).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Diapharm GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 409, 17.11.2014.


    Top