Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0205

    Kawża T-205/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2015 – Schroeder vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni [“Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Dumping — Importazzjoni ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat li joriġina miċ-Ċina — Regolament (KE) Nru 1355/2008 ddikjarat invalidu mill-Qorti tal-Ġustizzja — Dannu allegatament imġarrab mir-rikorrenti wara l-adozzjoni tar-regolament — Rikors għad-danni — Eżawriment tar-rimedji nazzjonali — Ammissibbiltà — Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi — Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 [li sar Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009] — Dmir ta’ diliġenza — Rabta kawżali”]

    ĠU C 389, 23.11.2015, p. 46–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.11.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 389/46


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2015 – Schroeder vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

    (Kawża T-205/14) (1)

    ([“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Dumping - Importazzjoni ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat li joriġina miċ-Ċina - Regolament (KE) Nru 1355/2008 ddikjarat invalidu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Dannu allegatament imġarrab mir-rikorrenti wara l-adozzjoni tar-regolament - Rikors għad-danni - Eżawriment tar-rimedji nazzjonali - Ammissibbiltà - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 [li sar Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009] - Dmir ta’ diliġenza - Rabta kawżali”])

    (2015/C 389/49)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: I. Schroeder KG (GmbH & Co.) (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Landry, avukat)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. P. Hix, aġent, assistit inizjalment minn D. Geradin u N. Tuominen, sussegwentement minn N. Tuominen, avukati) u Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti)

    Suġġett

    Rikors għad-danni intiż li jikseb kumpens għad-danni allegatament imġarrba mill-fatt tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1355/2008, tat-18 ta’ Diċembru 2008, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (prinċipalment il-mandolin, eċċ.) li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 350, p. 35), iddikkjarat invalidu bis-sentenza tat-22 ta’ Marzu 2012, GLS (C-338/10, Ġabra, EU:C:2012:158).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    I. Schroeder KG (GmbH & Co.) hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 212, 7.7.2014.


    Top