This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CN0310
Case C-310/14: Request for a preliminary ruling from the Helsingin hovioikeus (Finland) lodged on 30 June 2014 — Nike European Operations Netherlands BV v Sportland Oy, in liquidation
Kawża C-310/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Helsingin hovioikeus (ir-Repubblika tal-Finlandja) fit- 30 ta’ Ġunju 2014 – Nike European Operations Netherlands BV vs Sportland Oy, fi stralċ
Kawża C-310/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Helsingin hovioikeus (ir-Repubblika tal-Finlandja) fit- 30 ta’ Ġunju 2014 – Nike European Operations Netherlands BV vs Sportland Oy, fi stralċ
ĠU C 292, 1.9.2014, p. 19–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 292/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Helsingin hovioikeus (ir-Repubblika tal-Finlandja) fit-30 ta’ Ġunju 2014 – Nike European Operations Netherlands BV vs Sportland Oy, fi stralċ
(Kawża C-310/14)
2014/C 292/24
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Helsingin hovioikeus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Nike European Operations Netherlands BV
Konvenuta: Sportland Oy, fi stralċ
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1346/2000 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kliem “dak l-att fil-każ relevanti” jfissru li l-att ma jistax jiġi kkontestat, meta jiġu kkunsidrati ċ-ċirkustanzi kollha tal-kawża? |
2) |
Jekk ir-risposta għad-domanda 1) hija affermattiva u jekk il-konvenut f’tali azzjoni invoka d-dispożizzjoni ta’ liġi fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 13, li jipprovdi li l-ħlas ta’ dejn li għandu jitħallas jista’ jiġi kkontestat biss fiċ-ċirkustanzi li huma previsti fih u li ma humiex elenkati fl-azzjoni mressqa taħt il-liġi tal-Istat fejn inbdew il-proċeduri ta’ insolvenza,
|
3) |
Irrispettivament mir-risposta għall-domanda 2(i), l-Artikolu 13 għandu jiġi interpretat fis-sens li
|
4) |
L-Artikolu 13 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kliem “ma tippermettix xi meżżi biex jiġi disputat dak l-att” ikopru, minbarra d-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar l-insolvenza, li għaliha huwa suġġett l-att, ukoll id-dispożizzjonijiet u l-prinċipji ġenerali ta’ din il-liġi, applikabbli għall-att? |
5) |
Jekk ir-risposta tad-domanda 4) hija affermattiva,
|
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191).