This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CN0302
Case C-302/14: Action brought on 24 June 2014 — European Commission v Kingdom of Belgium
Kawża C-302/14: Rikors ippreżentat fl- 24 ta’ Ġunju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju
Kawża C-302/14: Rikors ippreżentat fl- 24 ta’ Ġunju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju
ĠU C 292, 1.9.2014, p. 19–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 292/19 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-302/14)
2014/C 292/23
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch, O. Beynet, K. Herrmann, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju
Talbiet
— |
tikkonstata li, fir-rigward tad-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Mejju 2010, dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (1), billi ma adottax għal ċerti partijiet tat-territorju tiegħu d-dispożizzjonijiet tat-traspożizzjoni tad-definizzjonijiet li jidhru fil-punti 2, 7 u 9 tal-Artikolu 2 tagħha u tar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 8(1) tagħha, fl-Artikolu 9(1) tagħha, fl-Artikolu 11(2) sa (5) tagħha, u fl-Artikolu 18 tagħha u fl-Anness II tagħha jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikax dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Renju tal-Belġju naqas mill-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 28(1) tal-imsemmija direttiva; |
— |
timponi fuq ir-Renju tal-Belġju, bis-saħħa tal-Artikolu 260(3) TFUE, pagament ta’ penalità kuljum ta’ EUR 42 178,50, b’effett mill-għoti tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u pagabbli fuq il-kont tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea, għal nuqqas fl-obbligi tiegħu li jikkomunika l-miżuri tat-traspożizzjoni ta’ direttiva adottata konformi mal-proċedura leġiżlattiva; |
— |
tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2010/31/UE skada fid-9 ta’ Lulju 2012.