Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0583

Kawża C-583/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’Awla) tad-29 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – Benjámin Dávid Nagy vs Vas Megyei Rendőr-főkapitányság (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Artikolu 18 TFUE — Ċittadinanza tal-Unjoni — Artikolu 20 TFUE — Moviment liberu tal-persuni — Artikolu 63 TFUE — Moviment liberu tal-kapital — Ċirkulazzjoni fit-toroq — Xufiera residenti fl-Istat Membru kkonċernat — Obbligu li jipproduċu immedjatament il-prova tar-regolarità tal-użu ta’ vetturi rreġistrati fi Stat Membru ieħor waqt ispezzjoni tal-pulizija)

ĠU C 429, 21.12.2015, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 429/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’Awla) tad-29 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – Benjámin Dávid Nagy vs Vas Megyei Rendőr-főkapitányság

(Kawża C-583/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Artikolu 18 TFUE - Ċittadinanza tal-Unjoni - Artikolu 20 TFUE - Moviment liberu tal-persuni - Artikolu 63 TFUE - Moviment liberu tal-kapital - Ċirkulazzjoni fit-toroq - Xufiera residenti fl-Istat Membru kkonċernat - Obbligu li jipproduċu immedjatament il-prova tar-regolarità tal-użu ta’ vetturi rreġistrati fi Stat Membru ieħor waqt ispezzjoni tal-pulizija))

(2015/C 429/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Benjámin Dávid Nagy

Konvenut: Vas Megyei Rendőr-főkapitányság

Dispożittiv

L-Artikolu 63(1) TFUE jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, fil-prinċipju, jistgħu jintużaw biss fit-toroq tal-Istat Membru kkonċernat dawk il-vetturi li jkunu koperti minn awtorizzazzjoni amministrattiva u li jkollhom pjanċi ta’ reġistrazzjoni maħruġa minn dan l-Istat Membru u li, jekk persuna residenti f’dan l-Istat Membru jkollha l-ħsieb li tipprevalixxi ruħha minn deroga għal din ir-regola, ibbażata fuq il-fatt li hija tuża vettura pprovduta lilha mill-operatur tal-imsemmija vettura stabbilt fi Stat Membru ieħor, din il-persuna residenti għandha tkun f’pożizzjoni li turi immedjatament, waqt spezzjoni tal-pulizija, li hija tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ din id-deroga, kif previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni, u fin-nuqaas ta’ dan tiġi immedjatament imposta fuqha, mingħajr possibbiltà ta’ eżenzjoni, multa li tekwivali għal dik applikabbli f’każ ta’ ksur tal-obbligu ta’ reġistrazzjoni.


(1)  ĠU C 96, 23.03.2015


Top