EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0386

Kawża C-386/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour administrative d’appel de Versailles – Franza) – Groupe Steria SCA vs Ministère des finances et des comptes publics [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Leġiżlazzjoni fiskali — Libertà ta’ stabbiliment — Direttiva 90/435/KEE — Artikolu 4(2) — Tqassim transkonfinali ta’ dividendi — Taxxa fuq il-kumpanniji — Tassazzjoni ta’ gruppi (l-“intégration fiscale” Franċiża) — Eżenzjoni ta’ dividendi mħallsa mis-sussidjarji li jappartjenu lill-grupp fiskali integrat — Kundizzjoni ta’ residenza — Dividendi mħallsa minn kumpanniji sussidjarji mhux residenti — Spejjeż marbuta mal-parteċipazzjoni li ma jistgħux jitnaqqsu]

ĠU C 354, 26.10.2015, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour administrative d’appel de Versailles – Franza) – Groupe Steria SCA vs Ministère des finances et des comptes publics

(Kawża C-386/14) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Leġiżlazzjoni fiskali - Libertà ta’ stabbiliment - Direttiva 90/435/KEE - Artikolu 4(2) - Tqassim transkonfinali ta’ dividendi - Taxxa fuq il-kumpanniji - Tassazzjoni ta’ gruppi (l-“intégration fiscale” Franċiża) - Eżenzjoni ta’ dividendi mħallsa mis-sussidjarji li jappartjenu lill-grupp fiskali integrat - Kundizzjoni ta’ residenza - Dividendi mħallsa minn kumpanniji sussidjarji mhux residenti - Spejjeż marbuta mal-parteċipazzjoni li ma jistgħux jitnaqqsu])

(2015/C 354/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour administrative d’appel de Versailles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Groupe Steria SCA

Konvenut: Ministère des finances et des comptes publics

Dispożittiv

L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru dwar sistema ta’ integrazzjoni fiskali li tipprovdi li kumpannija parent li tintegra l-benefiċċju tan-newtralizzazzjoni tar-reintegrazzjoni ta’ proporzjon tal-ispejjeż stabbilit bir-rata fissa ta’ 5 % tal-ammont nett tad-dividendi li din tirċievi mill-kumpanniji residenti li jagħmlu parti mill-integrazzjoni, filwaqt li, skont din il-leġiżlazzjoni, din in-newtralizzazzjoni hija rrifjutata lil tali kumpannija parent fir-rigward tad-dividendi mqassma lilha mis-sussidjarji tagħha li jinsabu fi Stat Membru ieħor li, li kieku kienu residenti, kienu jkunu oġġettivament eliġibbli hemmhekk, fuq talba tagħhom.


(1)  ĠU C ##, ##.


Top