Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0290

Kawża C-290/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Firenze – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Skerdjan Celaj (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Direttiva 2008/115/KE — Ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu irregolarment — Deċiżjoni li tordna r-ritorn flimkien ma’ projbizzjoni fuq id-dħul għal tliet snin — Ksur tal-projbizzjoni fuq id-dħul — Ċittadin ta’ pajjiż terz li kien tneħħa preċedentement — Piena ta’ priġunerija f’każ ta’ dħul mill-ġdid illegali fit-territorju nazzjonali — Kompatibbiltà)

ĠU C 381, 16.11.2015, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Firenze – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Skerdjan Celaj

(Kawża C-290/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Direttiva 2008/115/KE - Ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu irregolarment - Deċiżjoni li tordna r-ritorn flimkien ma’ projbizzjoni fuq id-dħul għal tliet snin - Ksur tal-projbizzjoni fuq id-dħul - Ċittadin ta’ pajjiż terz li kien tneħħa preċedentement - Piena ta’ priġunerija f’każ ta’ dħul mill-ġdid illegali fit-territorju nazzjonali - Kompatibbiltà))

(2015/C 381/08)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Firenze

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Skerdjan Celaj

Dispożittiv

Id-Direttiva 2008/115/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix, bħala prinċipju, leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi l-impożizzjoni ta’ piena ta’ priġunerija fuq ċittadin ta’ pajjiż terz li qiegħed jirrisjedi irregolarment li, wara li rritorna fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu fil-kuntest ta’ proċedura ta’ ritorn preċedenti, jerġa’ jidħol mill-ġdid b’mod irregolari fit-territorju tal-imsemmi Stat bi ksur ta’ projbizzjoni fuq id-dħul.


(1)  ĠU C 292, 1.9.2014.


Top