This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TN0479
Case T-479/13: Action brought on 3 September 2013 — Marchiani v Parliament
Kawża T-479/13: Rikors ippreżentat fit- 3 ta’ Settembru 2013 — Marchiani vs Il-Parlament
Kawża T-479/13: Rikors ippreżentat fit- 3 ta’ Settembru 2013 — Marchiani vs Il-Parlament
ĠU C 336, 16.11.2013, p. 26–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 336, 16.11.2013, p. 25–25
(HR)
16.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 336/26 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Settembru 2013 — Marchiani vs Il-Parlament
(Kawża T-479/13)
2013/C 336/56
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Jean-Charles Marchiani (Toulon, Franza) (rappreżentant: C.-S. Marchiani, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2013; |
— |
tannulla n-nota ta’ debitu tal-5 ta’ Lulju 2013; |
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
B’dan ir-rikors, ir-rikorrent jikkontesta d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li jiġu rkuprati s-somom irċevuti mir-rikorrent bejn l-2001 u l-2004 bħala allowances ta’ assistenza parlamentari.
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.
(1) |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq irregolarità fil-proċedura, peress li d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament tal-4 ta’ Lulju 2013 tmur kontra d-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Mejju u tad-9 ta’ Lulju 2008 li timplementa l-istatut tad-deputati fil-Parlament Ewropew, kif ukoll kontra l-prinċipju tal-kontradittorju u r-rispett tad-drittijiet tad-difiża. |
(2) |
It-tieni motiv, ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tar-Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-membri tal-Parlament (ir-Regolament IAM). |
(3) |
It-tielet motiv, ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni tal-provi fil-fajl. |
(4) |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ imparzjalità tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew fl-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-4 ta’ Lulju 2013. |
(5) |
Il-ħames u s-sitt motivi, ibbażati fuq il-preskrizzjoni tas-somom li huma s-suġġett tal-irkupru. |