Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0359

    Kawża T-359/13: Rikors ippreżentat fil- 11 ta’ Lulju 2013 — Spain Doce 13 vs UASI — Ovejero Jiménez u Becerra Guibert (VICTORIA DELEF)

    ĠU C 252, 31.8.2013, p. 41–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 252, 31.8.2013, p. 27–27 (HR)

    31.8.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 252/41


    Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2013 — Spain Doce 13 vs UASI — Ovejero Jiménez u Becerra Guibert (VICTORIA DELEF)

    (Kawża T-359/13)

    2013/C 252/69

    Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Spain Doce 13 (Crevillente, Spanja) (rappreżentant: S. Rizzo, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gregorio Ovejero Jiménez u María Luisa Becerra Guibert (Alicante, Spanja)

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-10 ta’ April 2013 fil-Każ R 1046/2012-5, sa fejn din tiċħad l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 522 384 relatata mal-prodotti u mas-servizzi li ġejjin:

    Klassi 18: prodotti magħmula mill-ġilda u imitazzjoni tal-ġilda mhux inklużi fi klassijiet oħra;

    Klassi 25: ħwejjeġ, żraben, kpiepel;

    Klassi 35: servizzi ta’ bejgħ bl-imnut fil-kummerċ u servizzi ta’ kummerċ bl-ingrossa ta’ ħwejjeġ, żraben u aċċessorji;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “VICTORIA DELEF” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 18, 25 u 35 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 522 384

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Gregorio Ovejero Jiménez u María Luisa Becerra Guibert

    Trade mark jew sinjal invokat: trade marks figurattivi nazzjonali li jinkludu l-elementi verbali “VICTORIA”, “Victoria” u “victoria”, għal prodotti fil-klassi 25

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell parzjalment milqugħ

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


    Top