Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0360

    Kawża T-360/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2015 – VECCO et vs Il-Kummissjoni (“REACH — Inklużjoni tat-triossidu tal-kromju fil-lista ta’ sustanzi sottomessi għal awtorizzazzjoni — Użi jew kategoriji ta’ użi eżenti mir-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni — Kunċett ta’ ‘leġiżlazzjoni speċifika Komunitarja eżistenti li timponi rekwiżiti minimi dwar il-protezzjoni tas-saħħa jew ta’ l-ambjent għall-użu ta’ sustanza’ — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Proporzjonalità — Drittijiet tad-difiża — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”)

    ĠU C 389, 23.11.2015, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.11.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 389/32


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2015 – VECCO et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-360/13) (1)

    ((“REACH - Inklużjoni tat-triossidu tal-kromju fil-lista ta’ sustanzi sottomessi għal awtorizzazzjoni - Użi jew kategoriji ta’ użi eżenti mir-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni - Kunċett ta’ ‘leġiżlazzjoni speċifika Komunitarja eżistenti li timponi rekwiżiti minimi dwar il-protezzjoni tas-saħħa jew ta’ l-ambjent għall-użu ta’ sustanza’ - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità - Drittijiet tad-difiża - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”))

    (2015/C 389/33)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Verein zur Wahrung von Einsatz und Nutzung von Chromtrioxid und anderen Chrom-VI-verbindungen in der Oberflächentechnik eV (VECCO) (Memmingen, il-Ġermanja) u l-185 rikorrent ieħor li isimhom jinsab fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: C. Mereu, K. Van Maldegem, avukati u J. Beck, solicitor)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Talabér-Ritz et J. Tomkin, aġenti)

    Partijiet konvenuti insostenn tar-rikorrenti: Assogalvanica (Padova, l-Italja) u l-31 intervenjent ieħor li isimhom jinsab fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: C. Mereu, K. Van Maldegem, avukati u J. Beck, solicitor)

    Parti konvenuta insostenn tal-konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: W. Broere, M. Heikkilä u T. Zbihlej, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 348/2013, tas-17 ta’ April 2013, li jemenda l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (“REACH”) (ĠU L 108, p. 1).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Verein zur Wahrung von Einsatz und Nutzung von Chromtrioxid und anderen Chrom-VI-Verbindungen in der Oberflächentechnik eV (VECCO) u r-rikorrenti li isimhom jinsab fl-Anness I għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

    3)

    Assogalvanica u l-intervenjenti l-oħra li isimhom jinsab fl-Anness II għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.

    4)

    L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


    (1)  ĠU C 260, 7.9.2013.


    Top