Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0556

    Kawża C-556/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Litwanja) fit- 28 ta’ Ottubru 2013 — “BTA Insurance Company” SE vs UAB “Litaksa”

    ĠU C 24, 25.1.2014, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.1.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 24/3


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Litwanja) fit-28 ta’ Ottubru 2013 — “BTA Insurance Company” SE vs UAB “Litaksa”

    (Kawża C-556/13)

    2014/C 24/06

    Lingwa tal-kawża: il-Litwan

    Qorti tar-rinviju

    Lietuvos Aukščiausiasis Teismas

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti:“BTA Insurance Company” SE

    Konvenuta: UAB “Litaksa”

    Domandi preliminari

    (1)

    L-Artikolu 2 tad-Direttiva 90/232/KEE (1), kif emendat bl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2005/14/KE (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li, anki jekk ma jipprovdu għal ebda restrizzjoni fuq il-kopertura tal-assigurazzjoni fir-rigward tal-vittma, il-partijiet f’kuntratt ta’ assigurazzjoni ma jistgħux jiftiehmu li jirrestrinġu l-portata ġeografika tal-kopertura tal-assigurazzjoni fir-rigward tal-persuna assigurata (li japplikaw primjum ta’ assigurazzjoni differenti skont it-territorju li fih tintuża l-vettura — fit-territorju sħiħ tal-Unjoni jew biss fil-Litwanja), jiġifieri li jipprovdu li l-użu tal-vettura barra mill-fruntieri Litwani fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni huwa fattur li jżid ir-riskju assigurat, li jagħti lok għall-ħlas ta’ primjum komplementari?

    (2)

    Il-prinċipju ta’ moviment liberu tal-persuni u tal-vetturi fl-Unjoni kif ukoll il-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza (ta’ nondiskriminazzjoni) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu ftehim bejn il-partijiet f’kuntratt ta’ assigurazzjoni, kif deskritt iktar ’il fuq, li jistabbilixxi rabta bejn ir-riskju assigurat u t-territorju li fih tintuża l-vettura?


    (1)  It-Tielet Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 249).

    (2)  Id-Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/166/KEE, 84/5/KEE, 88/357/KEE u 90/232/KEE u d-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU L 149, p. 14).


    Top