Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0198

    Kawża C-198/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social 1 de Benidorm (Spanja) fis- 16 ta’ April 2013 — Víctor Manuel Julián Hernández et vs Puntal Arquitectura S.L. et

    ĠU C 189, 29.6.2013, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 189/5


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social 1 de Benidorm (Spanja) fis-16 ta’ April 2013 — Víctor Manuel Julián Hernández et vs Puntal Arquitectura S.L. et

    (Kawża C-198/13)

    2013/C 189/10

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Juzgado de lo Social de Benidorm

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Víctor Manuel Julián Hernández, Chems Eddine Adel, Jaime Morales Ciudad, Bartolomé Madrid Madrid, Martín Selles Orozco, Alberto Martí Juan u Said Debbaj

    Konvenuti: Puntal Arquitectura S.L., Obras Alteramar S.L., Altea Diseño y Proyectos S.L., Ángel Muñoz Sánchez, Vicente Orozco Miro y Subdelegación del Gobierno de España en Alicante

    Domandi preliminari

    (1)

    Ir-regola, li tirriżulta mid-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 57 tal-liġi dwar ir-regoli tal-impjegati (Estatuto de los Trabajadores) u tal-Artikolu 116(2) tal-verżjoni kkonsolidata tal-liġi dwar il-proċedura fil-qasam ta’ dritt industrijali (Ley de Procedimiento Laboral), li abbażi tagħha l-Istat tar-Renju ta’ Spanja għandu bħala prattika li jħallas direttament lill-impjegati, f’każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjegahom, is-salarji dovuti matul il-proċedura ta’ kontestazzjoni tat-tkeċċija tagħhom lil hinn mis-60 (illum: mid-90) ġurnata ta’ xogħol wara li titressaq it-talba quddiem il-qorti kompetenti, taqa taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2008/94/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, dwar il-protezzjoni tal-impjegati fil-każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom u, b’mod partikolari, taqa’ taħt l-Artikolu 1(1), l-Artikolu 2(3) u (4) u l-Artikoli 3, 5 u 11 tagħha?

    (2)

    Fl-ipoteżi fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għall-ewwel domanda fl-affermattiv, il-prattika li tikkonsisti, għall-Istat tar-Renju ta’ Spanja, li jitħallsu direttament lill-impjegati, f’każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjegahom, is-salarji dovuti matul il-proċedura ta’ kontestazzjoni tat-tkeċċija tagħhom lil hinn mis-60 (illum: mid-90) ġurnata ta’ xogħol wara li titressaq it-talba, iżda unikament fil-każ ta’ tkeċċijiet li n-natura abbużiva tagħhom ġiet ikkonstatata permezz tal-qrati, bl-esklużjoni tal-każijiet li fihom hija n-nullità tat-tkeċċijiet li ġiet ikkonstatata permezz tal-qrati, għandha tiġi kkunsidrata bħala li tmur kontra l-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Unjoni Ewropea (2) u f’kull każ kontra l-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni tad-dritt tal-Unjoni Ewropea?

    (3)

    Bl-istess mod, korp ġuridiku bħall-qorti tar-rinviju jista’ ma japplikax regola li tippermetti lill-Istat tar-Renju ta’ Spanja li jħallas direttament lill-impjegati, f’każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjegahom, is-salarji dovuti matul il-proċedura ta’ kontestazzjoni tat-tkeċċija tagħhom lil hinn mis-60 (illum: mid-90) ġurnata ta’ xogħol wara li titressaq it-talba, iżda unikament fil-każ ta’ tkeċċijiet li n-natura abbużiva tagħhom ġiet ikkonstatata permzz tal-qrati, bl-eskużjoni tal-każijiet li fihom hija n-nullità tat-tkeċċijiet li ġiet ikkonstatata permezz tal-qrati, meta ma ġiet ikkonstatata ebda differenza oġġettiva bejn l-ewwel xenarju jew it-tieni, f’din il-kwistjoni tas-salarji dovuti matul il-proċedura ta’ kontestazzjoni tat-tkeċċijiet?


    (1)  ĠU L 283, p. 36.

    (2)  ĠU 2000, C 364. p. 1.


    Top