Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0017

    Kawża C-17/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl- 14 ta’ Jannar 2013 — Alpina River Cruises GmbH u Nicko Tours GmbH vs Ministero delle infrastrutture e dei trasporti — Capitaneria di Porto di Chioggia

    ĠU C 86, 23.3.2013, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.3.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 86/10


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-14 ta’ Jannar 2013 — Alpina River Cruises GmbH u Nicko Tours GmbH vs Ministero delle infrastrutture e dei trasporti — Capitaneria di Porto di Chioggia

    (Kawża C-17/13)

    2013/C 86/17

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Consiglio di Stato

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Alpina River Cruises GmbH, Nicko Tours GmbH

    Konvenut: Ministero delle infrastrutture e dei trasporti — Capitaneria di Porto di Chioggia

    Domanda preliminari

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92, tas-7 ta’ Diċembru 1992 (1), għandu jiġi interpretat bħala li japplika għall-kruċieri mwettqa bejn portijiet ta’ Stat Membru mingħajr imbark u żbark ta’ diversi passiġġieri f’dawn il-portijiet, inkwantu dawn il-kruċieri jibdew u jispiċċaw bl-imbark u l-iżbark tal-istess passiġġieri fl-istess port tal-Istat Membru?


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92, tas-7 ta’ Diċembru 1992, li japplika l-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 10)


    Top