EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0538

Kawża T-538/12: Rikors ippreżentat fit- 13 ta’ Diċembru 2012 — Optilingua vs UASI — Esposito (ALPHATRAD)

ĠU C 38, 9.2.2013, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/26


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Diċembru 2012 — Optilingua vs UASI — Esposito (ALPHATRAD)

(Kawża T-538/12)

2013/C 38/47

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Optilingua holding SA (Epalinges, l-Isvizzera) (rappreżentant: S. Rizzo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Michele Esposito (Cava de’ Tirreni SA, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-8 ta’ Ottubru 2012, fil-Każ R 444/2011-1;

tikkundanna lill-Uffiċċju u lil Michele Esposito għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: Trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “ALPHATRAD” għal servizzi fil-klassijiet 35, 38, 41 u 42 — trade mark Komunitarja Nru 617 316

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: Esposito

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal revoka miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rikors miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-paragrafu (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1), flimkien mal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009


Top